Erasmus+ jiċċelebra t-30 anniverarju – One News

Notifiki

Erasmus+ jiċċelebra t-30 anniverarju

Din is-sena, il-programm Erasmus+ qed jiċċelebra t-tletin anniversarju tiegħu.

Programm li huwa mmirat biex isaħħaħ l-edukazzjoni u s-sistemi taż-żgħażagħ filwaqt li jtejjeb l-impjegabilita permezz ta’ fondi.

Skont figuri maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea, fis-sena 2015, pajjiżna bbenefika minn total ta’ €3,590,000 f’għotjiet.

Għotjiet li ntużaw biex 2,343 persuna setgħu jistudjaw, jitħarrġu jew jagħmlu volontarjat barra minn pajjiżna permezz ta’ disgħa u ħamsin proġett differenti.

Apparti minn hekk, għaxar proġetti ta’ kooperazzjoni bejn diversi entitajiet ħolqu sistemi edukattivi u taż-żgħażagħ iktar relevanti u moderni b’rabtiet akbar bejn id-dinja tax-xogħol u dik edukattiva.

Dawn l-entitajiet, li ammontaw għal disgħa u erbgħin, kienu jikkonsistu minn skejjel, universitajiet, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, awtoritajiet pubbliċi u intrapriżi, u bbenefikaw minn għotjiet li qabżu ż-żewġ miljun ewro.

Malta ssieħbet fil-programm Erasmus+, li qabel kien jismu Erasmus, fl-2000.

Estimi ppublikati mill-Kummissjoni Ewropea juru li sa dis-sena, tlett elef u tlett mitt student bbenfikaw mill-programm, filwaqt li kien hemm għaxart elef u disa mitt persuna li ħadu sehem f’youth exchange u elf u mitt għalliem li ħadu taħriġ vokazzjonali.

Ma’ dawn kien hemm tmint elef u mitt edukatur u persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ u sitt mitt volontier.

Fl-2014, l-iktar tliet pajjiżi li minnhom ġej nies lejn Malta kienu l-Italja, ir-Renju Unit u l-Ġermanja.

Dan filwaqt li fl-istess sena, l-iktar istiuzzjonijiet li bbenefikaw mill-programm Erasmus+ kienu l-Universita ta’ Malta, il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija u l-Istitut tal-Istudji Turistiċi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend