Raġel iweġġa’ gravi f’residenza Marsaskala – One News

Notifiki

Raġel iweġġa’ gravi f’residenza Marsaskala

Raġel ta’ 66 sena residenti Marsaskala qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum. Ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħolijiet fuq bejt ta’ residenza fi Triq l-Ikħal, Marsaskala. Dan kien it-tieni inċident li jinvolvi sellum tul il-ġurnata tal-Ħamis.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 13.00. Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll ambulanza sabiex jassistu lill-vittma. Huwa ttieħed minnufih l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċetifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr D. Clarke LL.D fejn ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend