“Irridu nifhmu x’inhi s-solidarjetà biex insolvu l-problema tal-immigrazzjoni” – One News

Notifiki

“Irridu nifhmu x’inhi s-solidarjetà biex insolvu l-problema tal-immigrazzjoni”

Qabel il-laqgħa informali tal-Ministri għall-Intern, Il-kummissarju Ewropew għall-migrazzjoni Dimitris Avramopolus esprima tama li mil-laqgħa kull persuna tibda tifhem aħjar il-valur ta’ solidarjetà u minn hemmhekk ikunu jistgħu jittieħdu azzjonijiet aħjar b’rabta mal-migrazzjoni.

 ‘Irridu nsaħħu l-kooperazzjoni, qsim t’informazjzoni bejnietna u ngibu is-sistemi t’intelliġenza biex tissaħħaħ is-sigurtà fl-aħjar interess taċ-ċittadini ewropej’ sostna Avramopolous. Qal li l-mument li kulħadd jirrikonoxxi l-valur ta’ solidarjetà ikun il-mument li jista’ jsir progress.

‘Diġà sar progress sinifikanti, iżda għadna ma wasalniex ‘ qal Avramopolous. Jemmen li l-Unjoni Ewropea trid tirrispondi b’mod iktar konkret għal dak li jrid iċ-ċittadin partikolarment fil-mod ta’ kif għandhom ikunu amministrati l-fruntieri bejn l-istati membri biex tkun garantita s-sigurtà taċ-ċittadini ewropej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend