Aġenziji tal-immigrazzjoni f’pajjiżna għad-diskussjoni dwar l-immigrazzjoni – One News

Notifiki

Aġenziji tal-immigrazzjoni f’pajjiżna għad-diskussjoni dwar l-immigrazzjoni

Jiem biss qabel is-summit tal-mexxejja ewropej li se jiltaqgħu f’pajjiżna l-ġimgħa d-dieħla, nhar il-Ħamis filgħodu fil-Palazz tal-President il-Belt Valletta saret laqgħa informali tal-ministri għall-intern fi ħdan il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

Il-Ministri kienu milqugħa mill-Ministru għall-Intern Carmelo Abela. Fuq nett tal-aġenda għad-diskussjoni kien hemm il-migrazzjoni.

Interessanti l-fatt li għal din il-laqgħa m’attendewx biss il-Ministri , iżda wkoll rappreżentanti minn aġenziji bħal EASO, Europol u Frontex. Aġenziji u organizzazzjonijiet li josservaw mill-qrib it-tendenzi tal-migrazzjoni.

Minbarra l-migrazzjoni, id-diskussjoni se ddur ukoll fuq il-protezzjoni tat-tfal u s-sigurtà fil-fruntieri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend