Il-Kunsill tal-Belt jilmenta dwar l-arranġamenti tal-Presidenza – One News

Notifiki

Il-Kunsill tal-Belt jilmenta dwar l-arranġamenti tal-Presidenza

Ir-residenti tal-Belt Valletta qed jilmentaw dwar l-arranġamenti tal-parkeġġ fil-Belt Valletta b’rabta mal-avvenimenti tal-Presidenza. Fi stqarrija, l-Kunsill tal-Belt ilmenta dwar l-aċċess limitat għar-residenti minkejja l-laqgħat li saru mal-persuni nkarigati mill-loġistika tal-Presidenza. Il-Kunsill stqarr li l-Presidenza qed taffettwa ħażin lir-residenti hekk kif mhux jitħallew jipparkjaw fejn ir-residenzi tagħhom.

L-istqarrija tgħid li anke toroq li jinsabu l’bogħod mill-Palazz, fejn qed isiru l-laqgħat, ma jistax isir parkeġġ fihom mir-residenti. Il-Kunsill qal li jifhem il-miżuri ta’ sigurtá iżda minkejja dan, qatt ma raw dawn il-miżuri drastiċi fi Brussell, fost oħrajn, fejn ta’ kuljum isiru dawn il-laqgħat.

“L-Awtoritajiet mhux qed iqisu l-bżonnijiet tar-residenti. Jekk qed jingħataw l-ordni li dawn l-ispazji tal-parkeġġ jinżammu vojta, jeħtieġ li r-residenti jingħataw soluzzjoni għal din l-inkonvenjenza. Ma tagħmilx sens li l-parkeġġi rridu jinżammu vojta mill-5.00, meta l-laqgħat jibdew aktar tard, u jinżammu vojta sal-23.00, meta l-laqgħat jintemmu qabel.”

Il-Kunsill appella l-awtoritajiet relevanti biex dan l-inkonvenjent jiġi ndirizzat.

Min-naħa tiegħu Paul Mifsud, Direttur Eżekuttiv tal-loġistika tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, f’kummenti ma’ ONE NEWS stqarr li meta jsiru dawn it-tip ta’ laqgħat bilfors li jinħoloq inkonvenjent għar-residenti minħabba l-miżuri ta’ sigurtá.

Iżda spjega li flimkien mal-Pulizija qed jiġi assigurat, li ladarba l-laqgħat jispiċċaw, immedjatament ir-residenti jkunu jistgħu jerġgħu jużaw dan il-parkeġġ. Hawnhekk, għamel referenza ukoll għas-sidien tal-ħwienet li jpoġġu l-imwejjed barra, li ukoll ikunu mitluba biex fil-ħin tal-laqgħat jitneħħew, ikunu jistgħu jerġgħu jpoġġu dawn l-imwejjed ladarba l-laqgħa tintemm.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend