Tallinja app taħdem? Provajniha mill-Marsa sal-Belt – One News

Notifiki

Tallinja app taħdem? Provajniha mill-Marsa sal-Belt

Il-klijenti ta’ tallinja issa jistgħu jaċċessaw informazzjoni fil-ħin attwali rigward is-servizz tat-trasport pubbliku billi jniżżlu l-app tallinja fuq mowbajls iPhone jew Android. L-app innovattiva hija b’xejn u hija pass importanti biex ikompli titjieb l-esperjenza ġenerali tal-klienti. Tista tuża l-app biex issib l-iżjed waqfa viċin tiegħek jew ssir taf x’ħin se tasal il-karozza tal-linja matul servizz ta’ 30 minuta.

It-tallinja app tagħmel użu minn GPS, fejn kull karozza tal-linja tibgħat id-direzzjoni attwali lil sistema. Is-sistema tikkumpara d-direzzjoni ta’ fejn il-karozza tal-linja ppjanata li tasal ul-ħin biex li tieħu biex tagħmel dan, fuq 2,000 waqfa differenti madwar Malta u Għawdex.

L-app tagħti benefiċju lill-persuni li jagħmlu użu mit-tallinja card. Permezz ta’ registrazzjoni onlajn, huma jistgħu jiċċekjaw il-bilanċ tal-card, jittopjaw il-card u jaraw ukoll il-vjaġġi tal-linja li jkunu għamlu u t-tranzazzjonijiet.

Biex nipprovaw dan kollu, morna mill-Marsa sal-Belt Valletta.

Tista tniżżel l-app minn hawn:

https://itunes.apple.com/mt/app/tallinja/id1074287322?mt=8 jekk iPhone

https://play.google.com/store/apps/details?id=com.mpt.tallinjaapp jekk Android

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend