Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn madwar sular għoli – One News

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn madwar sular għoli

Raġel li kien qed jagħmel xi xogħol fuq bejt ta’ residenza waqa’ madwar sular għoli u sofra ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tat-3:00 ta’ wara nofsinhar fi Triq Bir id-Deheb, fiż-Żejtun.

Ir-raġel ġie mogħti l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ġie meħud l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.  

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mid-Distrett taż-Żejtun għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend