“Qed nibża’ li se jivvelenaw lill-qtates tat-triq” – residenta f’Marsascala – One News

Notifiki

“Qed nibża’ li se jivvelenaw lill-qtates tat-triq” – residenta f’Marsascala

“Illum sibt dan il-messaġġ viċin ħajt fejn nitma’ lill-qtates tat-triq. Qed nibża’ li jpoġġu l-velenu…”

Dan kien il-messaġġ li kitbet mara taħt ritratt li poġġiet fuq is-sit soċjali Facebook, fejn juri l-messaġġ li persuna oħra kitbet fuq ħajt baxx li jinsab f’Marsascala.

Il-messaġġ, li nkiteb bl-Ingliż, jgħid “Jekk tħobb il-qtates, ħudhom miegħek id-dar. M’hemmx qtates jekk jogħġbok,” b’wiċċ ta’ skeletru mpenġi ħdejn il-messaġġ.

Kienu bosta li kkummentaw taħt ir-ritratt fejn tawha parir biex tavża lill-Pulizija, dan sabiex forsi jipprevjeni lil dak li jkun milli jpoġġi l-velenu. Oħrajn qalulha li jekk qed tnaddaf warajha, m’hi qed tagħhmel xejn ħażin.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend