“Nistedinkom tkunu parti mill-enerġija li għandna f’Malta biex naffaċċjaw l-isfidi” – One News

Notifiki

“Nistedinkom tkunu parti mill-enerġija li għandna f’Malta biex naffaċċjaw l-isfidi”

Din l-istedina tal-Prim Ministru Joseph Muscat lill-Korpi Diplomatiċi meta laqagħhom f’Kastilja għall-iskambju t’awguri għas-sena l-ġdida.
Il-Prim Ministru rrimarka li għalkemm Malta huwa l-iżgħar stat membru tal-Unjoni Ewropea, dan m’affetwax biex inkisbu riżultati pożittivi f’setturi diversi.

Qal ukoll li bħal snin preċedenti, is-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Libja, il-migrazzjoni u s-sigurtà nazzjonali jibqħhu fuq l-aġenda; u f’dan il-kuntest wiegħed li Malta se tagħmel dak kollu possibbli biex anki permezz tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, dawn l-isfidi jkunu indirizzati.

Dan anki fid-dawl li ċ-ċittadini qed jistennew ir-riżultati.
Qabel ma ltaqghu mal-Prim Ministru, l-Korp Diplomatiku ltaqa’ wkoll mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella, li wkoll tagħhom l-awguri għas-sena ġdida. Il-Korp Diplomatiku se jkun mistieden illejla fil-Palazz Verdala, fejn il-Ministru jgħaddilhom il-messaġġ tiegħu dwar il-ħidma fl-affarijiet barranin u l-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Intant, il-ġurnata għall-Korpi Diplomatici se tkompi b’laqgħa f’lukanda ewlenija f’Tas-Sliema mal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend