Il-Maltin mhux ħerqana dwar l-integrazzjoni – One News

Notifiki

Il-Maltin mhux ħerqana dwar l-integrazzjoni

Il-Maltin isibuha diffiċli jintegraw ma’ nies ta’ nisel barrani u fost l-iktar gruppi li  l-Maltin għandhom ċertu diffikulta bihom hemm l-Għarab. 

Din waħda mid-diversi konklużjonijiet ta’ studji li kienu preżentati u diskussi f’simpożju fl-Università bit-tema l-Multikulturaliżmu, l-Integrazzjoni u l-Kuntatt fost gruppi etniċi f’Malta. 

Wieħed mill-istudji diskussi sar fi sbatax –il pajjiż, minbarra Malta, u kellu l-għan li jiddentifika xi jwassal għal multikulturaliżmu u xi jxekklu. Staqsa wkoll għaliex u x’inhuma l-bosta l-fatturi li jwasslu għal tensjoni soċjali bejn nies ta’ nisel differenti. 

Hawn irriżulta li f’kull soċjetà jkun hemm ċertu reżistenza għal ċerti influwenza u drawwiet ġodda minħabba l-biża li ċittadin li jkun f’artu jitlef l-awtonomija u l-poter tiegħu. 

Ir-riċerkatur, Gordon Sammut, spjega li din hi xi ħaġa li teżisti f’Malta iktar minn bnadi oħra fejn jirriżulta li l-Maltin huma l-iktar li jibżgħu jintegraw mal-barranin.

“Ħaġa oħra li ħarget fl-istudju hija l-antipatija ġeneralizzata lejn il-grupp tal-Għarab. Huma mbagħad, minn naħa tagħhom ma jidhirx li għandhom lejn il-Maltin. Għandhom relazzjonijit tajba mal-Maltin, qed jippruvaw jassimlaw u jagħmlu l-affarijiet kif jagħmluhom il-Maltin” spjega Sammut.

Fl-istess studju l-Maltin irrikonoxxew li l-integrazzjoni hija l-aħjar soluzzjoni u li l-barranin f’pajjiżna qed jagħmlu ċerti sforzi biex jintegraw.

Il-perċezzjoni ta’ bosta hi li huma dawk li forsi huma beżgħana mill-ġejjieni tagħhom, jew li jridu jipproteġu l-ftit li għandhom l-iktar li ma jilqgħux persuni barranin.

Forsi realtà f’pajjiżi oħra, iżda mhux f’Malta fejn anke min iħoss li sejjer tajjeb joffri ċertu reżistenza.

Fi kliem Gordon Sammut, “hawn Malta sibna li n-nies li għandhom self esteem għoli li sejtin tajjeb fil-pajjiż. Fil-kumplament tal-pajjiżi l-oħra dawn normalment jinfetħu iżjed għall-preżenza tal-barranin għax normalment iħossuhom komdi. Issa hawn Malta, in-nies iħossuhom safe, iżda flok jinfetħu għall-barranin, jingħalqu u ma jagħmlux spazju”.

L-istudju jwissi wkoll li r-reżistenza għall-barranin tista’ twassal għal kunflitt fil-pajjiż.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Mhux ahjar isir studju ghaliex il Maltin mhux lesti jintegraw ma certi nies? Il Malti generuz u hanin u ghandu reputazzjoni tajba fejn jidhol turizmu. Mela sinjal li certi razez ghandhom problem sabiex jintegraw huma.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend