Notifiki

AĠĠORNAT: Tissejjaħ ambulanza wara li waqgħet persuna f’Ħal Far – iġarrab ġrieħi gravi

Żagħżugħ ta’ 28 sena, residenti Ħal Safi, waqa’ madwar sular u nofs għoli wara li kien qed jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni f’fabbrika li hemm fiż-żona tal-industrija f’Ħal Far.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend