Joħroġ fil-beraħ ir-rapport li għamlet Kim Kardashian dwar is-serqa f’Pariġi – One News

Notifiki

Joħroġ fil-beraħ ir-rapport li għamlet Kim Kardashian dwar is-serqa f’Pariġi

Smajt il-ħsejjes ġejjin minn mal-bieb u bdejt nistaqi iżda ħadd ma rrisponda. Minn hemm ċempilt lil gwardja tiegħi u minn bejn il-bieb rajt żewġ persuni mgħammda resqin.

Dan kien parti mir-rakkont li qalet fir-rapport tal-Pulizija, Kim Kardashian, wara li sfat attakkata u misruqa ġewwa l-kamra li kienet tinsab fiha f’hotel f;Pariġi.

Kardashian irrakkontat kif iż-żewġt irġiel daħlu fuqha u hedduha b’arma tan-nar biex tgħidilhom fejn jinsab iċ-ċurkett li jiswa madwar $4 miljuni. Minn hemm staqsewha fejn jinsabu l-kumplament tal-ġojjellerija fejn qabduha, u waddbuha fuq is-sodda bil-libsa tal-banju fejn taħtha ma kienet liebsa xejn.

Hi rrakkontat kif wara rabtulha sieqha u idha, u għamlulha t-tejp ma’ ħalqha fejn serqu l-kumplament tal-ġojjellerija, u kif ukoll iż-żewġ mowbajls li kellha.

Wara qabduha u poġġewha fil-banju u telqu l’hemm. Kardashian qalet li kif telqu neħħiet l-affarijiet li rabtuha bihom li minn hemm ndnat li iż-żewġt irġiel probabli ma kinux kbar fl-età minħabba l-mod ta’ kif rabtuha. Minn hemm ċemplet lil ħabiba taħgha u lil oħtha Kourtney.

Kim, li għandha 36 sena, iddeskriviet ix-xena li tant ħolqitilha biża’ hekk kif ma’ ħutha stqarret li ħasbet li dak kien l-aħħar mument ta’ ħajjitha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend