AĠĠORNAT: MARA MEJTA KAWŻA TA’ NIRIEN FID-DAR TAGĦHA – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: MARA MEJTA KAWŻA TA’ NIRIEN FID-DAR TAGĦHA

Mara ta’ 50 sena, li kienet tgħix waħidha, tilfet ħajjitha wara li nirien ħakmu r-residenza tagħha fl-Isla.

Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Bormla marru minnufih fuq il-post fejn sabu li kien hemm xi nirien ġewwa residenza fl-imsemmija triq.  Għaldaqstant, fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-assistenza.

Sakemm il-pumpiera waslu fuq il-post, Surġent tal-Pulizija flimkien ma’ żewġ kuntistabbli oħra daħlu fid-dar sabiex jassistu iżda kellhom jerġgħu joħorġu ftit wara minħabba d-duħħan eċċessiv li kien hemm fl-istess dar.  Jidher li, għal xi raġuni, in-nar beda f’kamra tas-sodda.

Meta seħħ l-inċident, fid-dar kien hemm mara ta’ 50 sena li tgħix hemmhekk stess u li sfortunatament tilfet ħajjitha.  Il-mara nħarġet mid-dar mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr J Mifsud LL.D li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend