FILMAT: Tpatti wara li nqabdet tagħti daqqiet ta’ sieq lir-refuġjati – One News

Notifiki

FILMAT: Tpatti wara li nqabdet tagħti daqqiet ta’ sieq lir-refuġjati

Unġeriża li kienet qed tiġbed filmat f’Roszke, mal-fruntiera ta’ bejn l-Ungerija u s-Serbja, ingħatat sentenza ta’ tliet snin probation wara li dehret quddiem il-Qorti ta’ Szeged.

Dan wara filmat li deher fuq is-sit soċjali facebook li juri l-mara tagħti bis-sieq lil tifla ċkejkna ta’ seba’ snin li kienet id f’id ma’ missierha, refuġjat Sirjan.

Dan fil-mument li madwar 400 immigrant irnexxilhom jaqsmu din iż-żona minkejja l-infurzar li sar mill-Pulizija.

Il-filmat rawh aktar minn 2,400 ruħ fuq Twitter. Ftit wara dan l-inċident, Lazlo tilfet l-impjieg tagħha mill-istazzjon nazzjonali tal-Ungerija, N1TV.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend