Taħfer lil dawk li abbużawa ta’ kuljum fil-kamp ta’ konċentrament f’Auschwitz – One News

Notifiki

Taħfer lil dawk li abbużawa ta’ kuljum fil-kamp ta’ konċentrament f’Auschwitz

Eva Mozes Kor, Unġeriża li ta’ 10 snin kienet qed tinżamm f’Auschwitz, qed nitkellmu fis-sena 1944. Eva kienet waħda mill-ħafna Lhud li spiċċaw f’dan il-kamp ta’ abbuż. Fil-vjaġġ tagħhom lejn Auschwitz kien twil 70 siegħa, sigħat li matulhom tħallew mingħajr ilma u ikel.

Hija spiċċat mifruda minn mal-familjari tagħha, ż-żewġ aħwa tagħha li kienu ikbar minnha flimkien ma missieru nqatlu filwaqt li ħadulha lil ommha ftit wara – l-omm li qatt ma reġgħet rat. Eva tħalliet mat-tewmija tagħha Miriam.
Id-destin tagħhom żgur li ma kienx wieħed sabiħ hekk kif kienu par minn 1,500 par ieħor li kienu jintużaw mit-tabib Josef Mengele biex jagħmel esperimenti dwar il-fertilita. Ta’ għaxar snin huma kienu fost wieħed mis-suġġetti studjati minn dan it-tabib u użati għat-testijiet. In-Nażi kienu interessati fis-sigrieti tal-fertilita, u r-riċerkaturi kienu jemmnu li jekk isibu l-ġenetika ta’ tewmin, il-Ġermaniżi kienu se jippermettu lil ommijiet Ġermaniżi jkollhom aktar tfal.
Dawn it-testijiet wasslu biex ħafna minn dawk it-tewmin użati jitilfu ħajjithom.
Eva kellha d-diffikultá li taċċetta l-fatt li ma kienet ħadd u ma tfisser xejn għal ħadd f’dan il-kamp. “Kont biss suġġett biex jiġu studjat” qalet il-mara.
“Wara waħda mill-injezzjonijiet spiċċat ma tiflaħx ħafna, filgħodu daħal it-tabib u lit-tobba l-oħra qalilhom b’daħka sarkastika fuq wiċċu: M’hemmx tagħmel jaħasra għadha żgħira tant – fadlilha biss ħmistax ħajja.”
Li kieku Eva tilfet ħajjitha, Miriam, t-tewmija tagħha kienet tinqatel permezz ta’ injezzjoni f’qalbha għax ma kienx ikollhom aktar bżonnha ħajja u kienet tintuża wara mewta. B’xorti tajba Eva baqgħet ħajja u anke oħtha.
Iżda huwa s-sens ta’ maħfra, li jispikka f’din il-mara li rnexxielha ssalva minn dan il-ġenoċidju llum il-ġurnata twassal messaġġ ta’ maħfra u tħeġġeġ lin-nies ta’ madwarha, permezz tal-esperjenza tagħha biex jaħfru u jgħinu lil nies oħra jieħdu ħajjithom lura.
L-istorja emozzjonali ta’ din il-mara turi r-realtá kiefra li kienu jgħixu dawk miżmuma f’dawn il-kampijiet. “Kampijiet tal-mewt”.
Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Dan hu l- agir progressiv tal- Germanja ta’ Hitler! Dawn ma baqghux jesperimentaw fuq l- annimali ghax bdew juzaw lil bnedmin minn flok!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend