Notifiki

Qal gidba ħoxna u weħel il-ħabs

Sbatax-il xahar ħabs għal raġel li qal li kien mhedded b’pistola ma’ rasu u msakkar f’mobile toilet għal diversi sigħat minn raġel li kien qed jitlob li jitħallas lura. Dan għax il-Qorti sabet li l-istorja kienet gidba.
Il-każ infetaħ mill-pulizija kontra Olaf Cini. Huwa kien akkużat li f’Mejju tal-2008, għamel rapport falz kontra Publius Said, li kien instab innoċenti. Il-każ nibet minn self ta’ 800 lira Maltija li Cini kien ħa mingħand Ina Abrekova, li fl-2005 kienet is-sieħba ta’ Said.
Cini qal li wara li ħareġ mill-ħabs sentejn wara, kien mhedded minn Said biex iħallas is-self bl-interessi għal total ta’ 4,000 liri Maltin.
Il-flus kienu tħallsu minn Marthese Camilleri, is-sieħba ta’ Cini, fl-2009. Dan wara li fil-passat, hija kienet offriet li tiggarantixxi l-ħlas jekk il-fondi ma jkunux rifużi fi żmien sena. Il-Qorti nnutat li Cini ma rrappurtax mill-ewwel lill-pulizija dwar l-allegazzjonijiet, hekk kif kien iltaqa darb’ oħra ma’ Said wara l-inċident li fih huwa qal li kien mhedded.
Apparti li ma kien hemm l-ebda evidenza li tissostanzja l-allegat akkużi, Said ma kellux għalfejn jagħmel l-istess allegat azzjonijiet fid-dawl li kellu l-arloġġ u ċ-ċappetta li ntużaw bħala garanzija.
Il-Qorti imponiet ukoll interdizzjoni ġenerali ta’ ħmistax-il sena.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend