Notifiki

Jinsisti li ma kienx involut fit-traffikar tal-bnedmin

Hadish Abayu, raġel Etjopjan ta’ 58 sena, li jinsab akkużat bit-traffikar tal-bnedmin, qal li huwa ma kienx wieħed mill-organizzaturi tal-operazzjoni klandestina.

Sostna li kien żball tal-passiġġieri l-oħra. Il-prosekuturi jemmnu li kien il-moħħ wara vjaġġ li sar fl-2005 mil-Libja lejn l-Italja, iżda li spiċċa Malta. L-akkużat qal li vjaġġa mis-Sudan lejn il-Libja fl-2003, fejn prova jiġi Malta biex jingħaqad ma’ martu u l-erba wlied. L-akkużat qal li kienu mija sebgħa u tmenin persuna jistennew fuq il-kosta tal-Libja. Sostna li huwa kien passiġġier bħall-oħrajn, filwaqt li l-Libjani qasmuhom fi tlett gruppi.

L-akkużat qal li huwa ntagħżel minn Osman, wieħed mill-organizzaturi Libjani, biex jiġbor il-flus minn Osman. Spjega kif ġabar sitta u erbgħin elf dollaru Amerikan mingħand 55 persuna, qabel ma ta kollox lil Osman quddiem kulħadd. Abayu qal li wara li rikbu d-dgħajsa u waslu viċin Malta, il-kaptan qal li kien hemm problema fil-mutur u se jbiddel ir-rotta. Meta waslu pajjiżna, uħud mill-passiġġiera rrappurtaw lill-akkużat għax rawh jiġbor il-flus.

Huwa ċaħad li kien traffikant u argumenta li kieku kien jibqa l-Libja u mhux jipperikola ħajtu fuq il-baħar kieku daħħal il-flus li daħħlu t-traffikanti. Qal ukoll li uħud mill-passiġġieri li rrapurtawh lil pulizija indunaw li kienu żbajlajti u skużaw ruħhom. Iktar qabel, il-ġurija nqratilha numru ta’ stqarrijiet li saru lill-pulizija minn persuni li kienu traffikati. Huma qalu li ħallsu minn tal-inqas elf dollaru Amerikan biex ikollhom post fuq dgħajsa li kienet se ssalpa lejn l-Italja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend