Bosta jsellmu l-memorja ta’ Lino Bugeja…ara intervista mill-2010 – One News

Notifiki

Bosta jsellmu l-memorja ta’ Lino Bugeja…ara intervista mill-2010

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Isport Chris Agius, flimkien mac-Chairman, il-Kap Eżekuttiv, l-board tad-diretturi, u l-impjegati kemm tas-Segretarjat Parlamentari, u anke ta’ SportMalta wasslu l-kondoljanzi tagħhom għat-telfa ta’ Lino Bugeja. 

Lino Bugeja kien atleta, footballer, coach, u ġurnalist sportiv.  Fil-fatt huwa kien l-ewwel atleta li rrapreżenta lill-pajjiżna fil-Logħob tal-Mediterran fis-snin ħamsin.  Huwa kien wkoll is-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti bejn l-1972 u l-1980, u kien l-ewwel direttur tal-Akkademja Olimpika Maltija.  Huwa ddaħħal fil-Hall of Fame tal-Kumitat Olimpiku Malti fl-2008.

L-Istut tal-Ġurnalisti u għaqdiet ambjentali kienu wkoll fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Bugeja.

Din hija intervista li saret ma’ Bugeja fl-2010.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend