AĠĠORNAT: L-istudenti tal-MCAST jistgħu jerġgħu jpoġġu għall-eżami – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: L-istudenti tal-MCAST jistgħu jerġgħu jpoġġu għall-eżami

L-istudenti tal-Media u l-Ġurnaliżmu tal-ewwel sena fil-baċċelerat ġewwa l-istitut tal-Arti Kreattiva fl-Mcast kitbu ilmenti lill-mezzi tax-xandir dwar wieħed mill-letturi tagħhom.

Skont dak li qed jgħidu huma:

“Sa mill-bidu ta’ din is-sena skolastika wieħed mill-letturi tal-Ingliż f’dan l-istitut beda jaqta’ qalb l-istudenti u jgħidilhom li mhux ħa jgħaddu u saħansitra qalilhom li ħa jamel minn kollox biex sa inqas ħaġa iwaħħalhom bħal ma’ għamel fis-snin ta’ qabel, huwa kompla jgħid li fis-snin ta’ qabel ħa ħafna gost jara l-istudenti ma jgħaddux u għal dan il-kliem beda jgħid lill-istudenti l-marki baxxi li ġabu l-istudenti s-sena ta’ qabel.

Meta wasal iż-żmien biex issir l-ewwel eżami, quddiem l-istudenti ippreżenta sitt artikli akkademiċi, li biss biss tnejn minn dawn l-artikli kienu twal iktar minn 35 paġna u dawn huma l-artikli li ħarġu fil-karta tal-eżami. Filfatt għal dan l-eżami kull ma għaddew huma żewġ student minn tlett gruppi ta’ madwar 20 student f’kull klassi.”

L-istudenti appellaw biex  l-amministrazzjoni titkellem mal-lettur. Sostnew li “sa erba’ xhur wara li bdiet is-sena skolastika, dan l-istess lettur għadu qed jaqta’ qalb l-istudenti u jgħidilhom biex ilestu ruhom sabiex jirrepertu ix-xogħol kollu tagħhom waqt synoptic (resits), jew li ser jeħlu mis-suġġett”.

Fir-reazzjoni tagħha l-MCAST saħqet li hija kommessa li tagħti s-sapport kollu lill-istudenti tagħha biex jilħqu l-potenzjal sħiħ edukattiv tagħhom.

L-MCAST qalet li s-sistemi interni  kienu diġa’ daħlu fis-seħħ biex jiġu indirizzati l-problemi li nqalgħu fl-eżami imsemmi.

Il-Lecturer innifsu, fi kliem l-MCAST, bi qbil mal-Istitut u mad-Dipartiment tal-Kurrikulu tal-MCAST, diġa’ fassal verżjoni riveduta tal-eżami msemmi biex jerġa’ jsir mill-istudenti bħala l-ewwel sit tagħhom.

L-MCAST saħqet li temmen fir-rispett reċiproku bejn lecturers u studenti u taħdem b’mod kontinwu biex dan iseħħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend