Sparaturi fl-ajruport ta’ Florida – One News

Notifiki

Sparaturi fl-ajruport ta’ Florida

Għadd kbir ta’ persuni ndarbu wara sparaturi fl-ajruport ta’ Florida fl-Istati Uniti. Il-każ f’Terminal tnejn tal-ajruport, eżattament fil-part minn fejn tinġabar il-bagalja.

Għadd ta’ persuni huma rrapurtati mejta filwaqt li hemm persuna waħda biss li nżammet taħt il-kustodja tal-pulizija. L-eks segretarju tal- White House responsabbli mill-mezzi tax-xandir Ari Fleischer qal fi tweet li kien jinsab propju fl-ajruport u li kien hemm paniku u konfużjoni kbira.

Kawża tal-inċident għadd ta’ persuni ħarġu ‘l barra mill-ajruport akkumpanjati mill-pulizija u ambulanzi li waslu fuq il-post. Xhieda fuq il-post qalu li l-aggressur inqatel mill-pulizija li sparaw tiri lejh.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend