FILMAT: ‘Żball’ f’sodda tat-trabi jħalli ċkejkna ta’ seba’ ġimgħat bla ħajja – One News

Notifiki

FILMAT: ‘Żball’ f’sodda tat-trabi jħalli ċkejkna ta’ seba’ ġimgħat bla ħajja

Kellha biss seba’ ġimgħat meta ċ-ċkejkna Grace tilfet ħajjitha f’sodda għat-trabi. L-omm tispjega li t-tifla tagħha mietet minħabba żball fid-disinn tal-cot u li kawża t’hekk it-tarbija tilfet ħajjitha fi ftit sekondi. Meta serħet rasha fuq din is-sodda tat-trabi, it-tarbija spiċċat qatgħet il-carotid sinus li huwa responsabbli minn funzjonijiet differenti tal-ġisem u spiċċat tilfet ħajjitha.

Il-missier spjega l-mument devastanti meta sema’ l-omm tgħajjat u tibki hekk kif sabet lil bintha mejta. Traġedja li żgur ma kienux qed jistennew. Il-missier emozzjonat spjega li f’dak il-mument l-omm imbikkma bdiet tgħajjat “Grace mietet, Grace mietet.”

Kien f’dak il-mument li fil-paniku, l-ġenituri ħadu lit-tarbija l-isptar, iżda kien tard wisq, it-tarbija ma kellha ebda tama li tgħix. “Konna flimkien inżommu t-tarbija f’idejna, omm it-tarbija Esther bdiet tagħmel kuraġġ bi storja li kienet qrat dwar koppja Awstraljana, li t-tarbija tagħhom kienet twieldet mejta iżda wara ftit ħin it-tobba ntebħu li kienet qed tieħu nifs – bħal donnu miraklu.”

L-omm baqgħet tittama li ma binthom ukoll seta’ jsir miraklu, u poġġiet għall-45 minuta bi Grace f’idejha u tiprova terġa’ ittiha l-ħajja.

Meta tressqu l-akkużi li l-kumpanija kienet responsabbli għall-mewt ta’ din iċ-ċkejkna, l-kumpanija rrispondiet li setgħet kienet oħtha li qatlitha. Wara dan l-inċident li ħalla t-tarbija mejta, l-kumpanija immodifikat din is-sodda għat-trabi, iżda żgur li dawn il-ġenituri ma jistgħux jirranġaw dan l-iżball u jieħdu lil binthom lura.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Grazzi talli nfurmajtu lil-pubbliku b’din l-istorja. Nistghu nkunu nafu x’kien hemm ezattament hazin b’din is-sodda tat-trabi, ghaliex hija bicca nformazzjoni utli hafna ghal-genituri godda. Grazzi

  2. Grazzi talli nfurmajtu lil-pubbliku b’din l-istorja. Nistghu nkunu nafu x’kien hemm ezattament hazin b’din is-sodda tat-trabi, ghaliex hija bicca nformazzjoni utli hafna ghal-genituri godda. Grazzi

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend