Gvern Nazzjonalista żied il-prezz tal-fuel aktar minn 20 darba – One News

Notifiki

Gvern Nazzjonalista żied il-prezz tal-fuel aktar minn 20 darba

L-Oppożizzjoni m’għandhiex kredenzjali titkellem dwar il-prezzijiet tal-fuel hekk kif taħt l-amministrazzjoni preċedenti l-prezzijiet tal-fuel kienu fost l-ogħla li qatt kienu f’pajjiżna.

Fil-datt matul l-amministrazzjoni preċedenti, l-prezzijiet tal-fuel żdiedu b’aktar minn 20 darba fil-perjodu tal-leġiżlatura.

Fi stqarrija l-Gvern spjega li l-prezzijiet tal-fuel illum huma 20 ċenteżmu rħas fil-każ tal-petrol u 22 ċenteżmu rħas fil-każ tad-diesel mill-aħħar xirjiet li saru taħt Gvern Nazzjonalista.

Il-Gvern qiegħed joffri prezzijiet stabbli għall-perjodu ta’ żmien għall-kuntrarju ta’ kif kien isir f’amministrazzjonijiet preċedenti fejn konna nesperjenzaw bidla fil-prezzijiet kull xahar.

Dan huwa l-ewwel ċaqliq mill-2014 wara riżultat ta’ żieda li ilha tiddomina fil-prezz taż-żejt. Fil-fatt, minn Settembru sa tmiem Diċembru biss, iż-żejt għola b’32%.

Fl-aħħar tliet xhur il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea għollew il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel, uħud b’9 ċenteżmi fil-petrol u b’13-il ċenteżmu fid-diesel. Minkejja dan, Malta baqgħet bi prezzijiet stabbli għal tul ta’ żmien.

Il-Gvern stqarr li għalkemm saret din ir-reviżjoni ta’ 4 ċenteżmi iżjed fil-prezzijiet, Malta xorta waħda għandha prezzijiet tal-petrol u d-diesel sinjifikament orħos mill-medja Ewropea. Dan apparti mill-fatt li id-diesel tradizzjonali ser jinbidel għall-diesel ta’ kwalità superjuri li jniġġes 20% inqas l-arja ta’ madwarna.

Għall-kuntrarju ta’ kif kien jiġri f’amministrazzjonijiet preċedenti, il-prezzijiet tal-elettriku llum baqgħu l-istess. Taħt Gvern Nazzjonalista, dawn il-prezzijiet tal-elettriku kienu jiddependu fuq il-prezzijiet internazzjonali taż-żejt. Illum il-ġurnata l-Oppożizzjoni għadha titkellem kontra l-qalba mill-Heavy Fuel Oil għall-gass li qiegħda tassigura prezzijiet irħas għall-familji u n-negozji Maltin.

Il-Gvern fakkar li l-Partit Nazzjonalista huwa l-partit li nqabad fl-akbar skandlu ta’ korruzzjoni fl-istorja ta’ pajjiżna, dak tal-commissions fuq ix-xiri taż-żejt, li jintuża minn power stations li jaħdmu bl-aktar żejt li jniġġes. Huwa l-istess Partit Nazzjonalista li matul l-aħħar snin tiegħu fetaħ impjant ġdid jaħdem ukoll bl-aktar żejt li jniġġes u li sabu mill-Yellow Pages.

Din hija wkoll l-istess Oppożizzjoni li qatt m’għamlet xejn dwar il-pipeline tal-gass mill-1989 ’l hawn, għaliex, għal raġunijiet li llum huma ovvji, ma ridietx li ssir l-qalba tal-ġenerazzjoni tal-elettriku ta’ pajjiżna għall-gass.

Ta’ QabelLi Jmiss

3 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend