Ringrose Public School tinsab f’New South Wales, fl-Awstralja. Hemm, studenti, għalliema, ġenituri, nanniet u qraba attendew bi ħġarhom biex jiċċelebraw il-kisbiet akkademiċi ta’ studenti tal-lingwa Maltija, kemm tfal u kif ukoll adulti.
Attendew ukoll membri parlamentari u figuri politiċi, li wrew l-appoġġ tagħhom lejn “Skola Maltija Sydney”.
Il-President tal-Akkademja Maltija ta’ New South Wales u tas-Saturday School of Community Languages, Charles Galea, tkellem dwar id-diversi sfidi u bidliet li qed jiltaqgħu magħhom skejjel bħal dawn. Fost oħrajn semma l-bżonn qawwi ta’ fondi. Għamel appell imqanqal biex ġenituri juru appoġġ lejn l-istudju tal-Malti, biex jintlaħqu l-ammonti neċessarji ta’ studni li jagħmlu l-Higher School Certificate fil-kors tal-Malti. B’hekk jintlaħqu l-kwoti neċessarji.
Appella wkoll biex aduli juru rieda billi jinkitbu għal dadwn il-korsijiet.
Jane Borg, il-kap ta’ Skola Maltija Sydney, qalet li l-lingwa Maltija hija parti importanti mill-patrimonju tal-Maltin. Ifakkar lil Maltin minn fejn ġejjin u jgħin biex jitfassal il-ġejjieni tagħhom.
L-Onorevoli Chris Bowen, Membru Parlamentari, irrakkonta li hu u jikber, spiċċa’ jitgħallem il-pronunzja tal-Malti mill-ammont kbir ta’ kunjomijiet li kien jiltaqa’ magħhom. Qal li tant iħobb lill-Maltin, iżżewweġ waħda minnhom! Sintendi b’ton ċajtier, spjega li l-familja ta’ martu ġejja mill-Belt Valletta.
Intan, l-iskola tal-lingwa Maltija f’New South Wales organizzat ċerimonja fl-iskola primarja Horsley Park, li magħtulha ngħataw premijiet lill-istudenti.
Yasmin Sherry u Isaac Casha, studenti tal-primarja, ngħataw premju ta’ eċċellenza rikonoxxut mill-istat ta’ New South Wales. Barra minn hekk kienu bosta l-istudenti li ngħataw rikonoxximent għall-istudju tal-Malti u l-kultura Maltija.
Gruppi ta’ etajiet differenti għamlu wirja ta’ talenti, kollha relatati ma’ Malta u l-Maltin.
Sors: The Voice of the Maltese