“Kellmuni anke mill-Kanada!” – ir-raġel li intbagħat għar-riċiklaġġ – One News

Notifiki

“Kellmuni anke mill-Kanada!” – ir-raġel li intbagħat għar-riċiklaġġ

“Għadek ma tafx kemm ċempluli u kitbuli nies!”

Kliem David Aquilina, ir-raġel li deher fuq Facebook u li l-eks tfajla tiegħu kitbet li għandu jmur għar-riċiklaġġ.

blurred-ex

 

blur-bf

 

Biss ma kinitx l-eks tfajla tiegħu. Anzi, lanqas biss jaf min hi, għax huwa profil fittizju. Jirriżulta, kif anke għedna li jista’ jkun, li kienet ċajta li għamlulu sħabu – ċajta ftit goffa li wasslet biex l-istorja nqrat kullimkien. Jgħidilna li saħansitra kitbulu mill-Kanada.

B’xorti tajba David jaf jieħu ċajta. “Niflaħ għal dawn l-affarijiet. Imma faqgħuli Facebook. Illum ma tieħu xejn bi kbir kieku storja hekk tkun vera”. Mistoqsi x’qal lil sħabu li għoġobhom jiċċajtaw b’dan il-mod, David qal li għal bidu ma beda jkellmu ħadd, imma mbagħad x’ħin raw li l-istorja bdiet taqbad, kellhom jinformawh.

David bilkemm ried jemmen, imma ħadha b’ċajta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend