Mara ta’ sitta u erbgħin sena minn Bormla inħelset mill-arrest abbażi ta’ numru ta’ kundizzjonijiet wara li ammettiet li ffrodat persuni li kienu mingħalihom qed jikru bini mingħandha.
Sandra Cachia kienet arrestata f’Novembru li għadda meta investigazzjoni mill-Pulizija kkonfermat li din ffrodat ftit inqas minn €3,000 minn seba’ persuni differenti. Fil-Qorti ntqal li Cachia kienet qed tirreklama appartament li mhux tagħha fuq Facebook, tiġbor il-flus minn min kien interessat li jikri, imbagħad ma jisimigħux iktar mingħandha.
Eventwalment Cachia ammettiet li għamlet dan u raddet il-flus lura lill-vittmi. Għalhekk inħelset mill-arrest u ngħatat numru ta’ kundizzjonijiet għal żmien sena.