Tifla ta’ tliet snin instabet waħedha fuq scooter, issuq mat-toroq ta’ New York fl-ewwel jum tas-sena.

Hija nstabet fiz-zona Benchill minn raġel li ħadha f’post sigur u għamel kuntatt mal-Pulizija.

Kelliem għall-Pulizija ta’ Manchester ikkonferma li nstabu l-ġenituri tat-tifla, iżda mhux millewwel, tant li kellu jsir appell fuq Facebook sabiex ġie identifikat min huma. Mhux magħruf kif iċ-ċkejkna spiċċat tiġri waħedha fit-toroq, jew inkella kemm kien ilha barra. Il-Pulizija ta’ Manchester ikkonfermat li kkuntattjat lill-awtoritajiet rilevanti li qed jinvestigaw il-każ.