Hemm min qatta’ dawn il-festi ma’ nies li huma għal qalbu, u kien hemm min sfortunament f’dawn il-festi tilifhom.
One News ltaqa’ ma’ missier li f’dawn il-jiem tilef lil bintu, magħna huwa qasam l-istorja tiegħu. Il-missier irrakkonta kif waqt il-jiem ta’ festi spiċċa jħejji għall-funeral ta’ bintu minflok xi ikla jew festin speċjali.
Fl-intervista hu xtaq jibqa’ anonimu minħabba kwistjonijiet fil-familja iżda xtaq jagħmiljha biex iwassal messaġġ.