L-ewwel sena BLA MWIET għall-Forzi Armati Ingliżi – One News

L-ewwel sena BLA MWIET għall-Forzi Armati Ingliżi

Skont The Telegraph, il-Forzi Armati Ingliżi għaddew l-ewwel sena tagħhom f’madwar ħames deċenji mingħajr suldat, baħħar jew pilota maqtul waqt xi operazzjoni.

Statistika mill-Ministeru għad-Difiża tindika li dan ilu ma jseħħ mill-1968. Forzi Brittanniċi ilhom jiġġieldu b’zoni ta’ kunflitt perikolużi għal aktar minn 70 sena, minn meta spiċċat it-Tieni Gwerra Dinjija.

Skont sorsi militari li tkellmu mal-istess ġurnal, it-tmiem tal-ġlied tal-Ingliż fl-Afghanistan, ir-rieda li forzi Ingliżi ma jiġġieldux f’missjonijiet simili u l-attenzjoni ‘l bogħod mill-front lines u aktar lejn it-taħriġ kienu kollha fatturi li wasslu għal dan ir-riżultat.

Eks mexxej militari tkellem ukoll dwar ċertu sens ta’ nervużiżmu fost il-politiċi meta jużaw il-Forzi Armati tal-pajjiż.

L-aħħar li mietu f’operazzjoni kienu l-logotenent Alan Scott, li kellu 32 sena, u l-logotenent Geraint Roberts, li kellu 44 sena. Dawn tilfu ħajjithom meta ġġarraf ħelikopter fl-Afganistan, f’Ottubru tal-2015.

L-imwiet f’operazzjonijiet riċenti kienu kif ġej. Interessanti li l-ikbar ammont ma’ kienx f’pajjiżi bħall-Afganistan, imma fl-Irlanda.

Afganisatn (2001 sal-preżent) – 456

Iraq (2003 – 2011) – 178

Balkani (1992 – preżent) – 72

Falklands (1982) – 237

Irlanda ta’ Fuq (1969 – 2007) – 1,441

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend