Sena eċċellenti għall-lukandi u ristoranti f’pajjiżna! – One News

Notifiki

Sena eċċellenti għall-lukandi u ristoranti f’pajjiżna!

Kienet sena eċċellenti għall-lukandi u r-ristoranti f’pajjiżna, bil-maġġoranza tagħhom illejla stess se jilqgħu mijiet ta’ klijenti għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena.

Dan kien kumment li spikka matul żjara fil-lukanda Qawra Palace li għamel il-Ministru għat-turiżmu Edward Zammit Lewis.

Il-general manager, Edward Vella, stqarr ma’ one.com.mt li ħafna mill-viżitaturi ġejjien mis-suq Ingliż u li anke f’dawn il-jiem ifittxu ikel tipiki tagħhom u li għalhekk ristoranti Maltin għandhom jinkludu ukoll xelti ta’ ikel internazzjonali.

F’dan il-punt huwa elenka ukoll dwar l-importanza li r-ristoranti u lukandi li ilhom joperaw, jaddattaw għal bżonnijiet ta’ kull persuna, fosthom għal dawk li ma jistgħux jikkunsmaw glutina.

Il-Ministru rringrazzja lil ħaddiema kollha għal ħidmiethom tul din is-sena filwaqt li awguralhom sena ta’ suċċess oħra.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend