Tonfoq $250 mill-kont bankarju t’ommha – One News

Notifiki

Tonfoq $250 mill-kont bankarju t’ommha

Tifla ta’ sitt snin minn Maumelle, Arkansas iddejqet tistenna lil Father Christmas biex iwasslilha r-rigali għal dan il-Milied u għalekk ħadet ir-riedna f’idejha billi għamlet xirja ta’ $250 f’rigali għaliha.

Ashlynd Howell stenniet lil ommha torqod, ħaditilha l-mowbajl u ħalset għax-xirja billi qabdet id ommha u użat l-marka tas-swaba biex jiġi approvat il-ħlas.

X’ħin l-omm qamet filgħodu kmieni u sabet ittre bl-irċevuta, ħasbet li xi ħadd kien prova jisraqha iżda dan sakemm staqsiet lit-tifla tagħha jekk kelliex xi ħjiel dwar ix-xiri ta’ tlettax-il Pokemon. Ashlynd irrispondiet lil omma billi rrimarkat “Iva mela! Għamilt xirja”.

Ashlynd xorta waħda rċeviet ferm aktar rigali minn kemm seta’ jagħtiha Father Christmas, dan hekk kif ommha setgħet tirritorna erba’ pupi biss mit-tlettax-il wieħed li xtrat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend