Fl-2016 – Koppji li dehru perfetti qattgħu l-karti – One News

Fl-2016 – Koppji li dehru perfetti qattgħu l-karti

L-2016 rat relazzjonijiet ta’ koppji li dehru perfetti minn barra u idoli għal bosta u li ħafna ma stennewx li se jintemmu. Żgur ħadd ma kien qed jistenna li l-koppja Angelina Jolie u Brad Pitt se jiddivorzjaw.

Kienet Angelina Jolie li talbet għal divorzju wara sentejn żwieg u tnax-il sena għerusija. Ħafna ddeskrivew din l-aħbar bħala tmiem ta’ era. Rihanna u Drake, ukoll din is-sena qattgħu il-karti, anke jekk Drake qal li ilu jħobb lil Rihanna mindu kellu 22 sena. Meta kienu flimkien saħansitra għamlu l-istess tattoo. Pero donnu dik l-fjamma ta’ bejniethom battiet sew. Bl-aħħar aħbar tkun li Drake issa sar is-sieħeb ta’ Jennifer Lopez.

Fid-dinja romantika serqet ix-xena l-kantanta Taylor Swift li temmet ir-relazzjoni tagħha mad-dj Calvin Harris. Relazzjoni li ntemmet ħażin ferm tant li fuq il-midja soċjali kemm-il darba rajna botti u risposti miż-żewġ naħat.Ir-rabja żdiedet.

Malli ħassru, Taylor Swift mill-ewwel daħlet f’relazzjoni oħra ma’ Tim Hiddleston. Swift laqqgħetu mal-ġenituri tagħha, ma sħabha, pero għaġlet ftit mhux ħażin għax dak il-qamar il-għasel fil-bidu ta’ kull relazzjoni dam mill-Milied sa San Stiefnu. Min jaf, forsi fl-2017 jinbtu koppji ġodda li se jisirqulna l-attenzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend