Notifiki

AĠĠORNAT: Tinstab it-tifla ta’ ħames snin li sparixxiet f’Manchester

17:00 Rosey, it-tifla ta’ ħames snin li sparixxiet kmieni dagħlodu, instabet qawwija u sħiħa.

Hi nstabet siegħa u nofs wara li bdiet it-tfittxija fiċ-ċentru ta Bury.

Aktar Qabel: Bħalissa għaddejja tfittxija intensiva wara li tifla ta’ ħames snin sfat nieqsa f’kumpless tax-xiri f’Bury f’Manchester fl-Ingilterra.

Rosey Louise Thompson intlemħet l-aħħar fil-kumpless tax-xiri bl-isem ta’ Mill Gate Shopping Centre f’Bury illum għall-ħabta tal-11:00 ta’ dagħlodu.

Il-Pulizija ta’ Manchester qalu li Rosey, li għandha xagħar mil-lewn id-deheb u kienet liebda ġakketta roża, kienet viċin l-entratura meta sparixxiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend