Notifiki

Sejħa biex jiġu mpjegati aktar professjonisti fil-qasam tas-saħħa

Fl-aħħar jiem id-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ diversi sejħiet għall-Allied Health professionals.


’Il fuq minn 30 Allied Health professionals se jkunu ngaġġati f’oqsma differenti fil-qasam tas-saħħa. L-ispeċjalizzazzjonijiet li għalihom ħarġu sejħiet huma dawk għar- radiographers, podiatrists, occupational therapists, physiotherapists, medical lab scientists, speech language pathologists u audiologists.

Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li dawn l-Allied Health professionals se jkunu qegħdin jiżdiedu mal-125 infermiera, 116 tobba u 20 qabla li fl-aħħar xhur ingħaqdu mat-tim kbir ta’ professjonisti li jagħtu s-servizzi eċċellenti tagħhom fl-isptarijiet u d-Dipartimenti tas-Saħħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend