“Il-kelma grazzi mhux biżżejjed biex nirringrazzja lill-poplu Malti” – President – One News

“Il-kelma grazzi mhux biżżejjed biex nirringrazzja lill-poplu Malti” – President

 

Il-President Marie-Louise Coleiro Preca kellha biss kliem ta’ ferħ u apprezzament għas-somma li nġabret ilbieraħ fl-Istrina 2016. Hija esprimiet li l-kelma grazzi mhux biżżejjed għas-solidarjetá tal-poplu Malti. “Għal darb’oħra tajtu xhieda li meta ningħaqdu u ninsew dak li jifridna, kapaċi nagħmlu affarijiet kbar!” saħqet il-President.

screen-shot-2016-12-27-at-09-18-24

Nistgħu ngħidu li s-somma miġbura hija waħda rekord hekk kif qabżet sew is-somma miġbura s-sena li għaddiet. Is-somma finali kienet dik ta’ €5,514,125.

Ic-Chairman’ tal-Bord tal-Amministraturi tal-Malta Community Chest Fund, John Camilleri, spjega li wara l-Istrina tal-26 ta’ Diċembru jkun hemm ħafna ħidma u preparazzjonijiet li jħallu l-frott fi tmiem din il-ġurnata. Huwa wkoll kellu kliem ta’ ringrazzjament għall-poplu Malti u għall-volontiera li kienu parti minn dik imsejħa ‘manifestazzjoni ta’ solidarjetá’.

Il-President tar-Repubblika qattgħet il-ġurnata tat-Tnejn tirrispondi t-telefonati mill-kumpless sportiv f’Ħal Kirkop u tiffirma ittri ta’ ringrazzjament li se jintbagħtu lil min għen.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend