Il-Milied spiċċa ostaġġ tal-materjaliżmu – Papa Franġisku

Il-Papa Franġisku qal li l-vera tifsira tal-Milied qed tkun imxekkla mill-materjaliżmu. Matul il-Quddiesa tal-Milied fil-Vatikan, taħt sigurtá stretta, il-kap tal-Knisja Kattolika tkellem ukoll kontra s-sofferenzi kontinwi tat-tfal.

Semma’ b’mod partikolari dawk li qed ibatu l-ġuħ, dawk li qed isibu l-periklu fir-rotot tal-migrazzjoni u l-bumbardamenti fil-bliet Sirjani bħal Aleppo.

Fost il-miżuri ta’ sigurtá li ttieħdu waqt din il-Quddiesa kienet li kull min attenda kellu jgħaddi minn metal detectors. Dan fid-dawl tal-attakki terroristiċi li qed jaħsdu l-Ewropa, bl-aħħar wieħed iħalli tnax-il persuna mejta f’Berlin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend