Vot kontroversjali kontra l-Iżrael

Il-Prim Ministru tal-Iżrael, Benjamin Netanyahu, sejjaħ ‘tal-mistħija’ il-vot tan-Nazzjonijiet Magħquda favur reżoluzzjoni li ġġiegħel lill-Iżrael iċċedi art fil-Palestina.

Saħaq li l-Iżrael mhux se jimxi ma’ dan il-vot li ttieħed nhar il-Ġimgħa fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-istess Nazzjonijiet Magħquda.

Ir-reżoluzzjoni titlob li l-Iżrael iċedi l-art f’Ġudea, Samaria u Ġerusalemm tal-Lvant. L-Istati Uniti astjenew mill-vot u m’użawx il-veto biex iwaqqfu r-reżoluzzjoni.

Diversi uffiċjali mill-Iżrael attakkaw lill-President tal-Istati Uniti Barack Obama u lis-Segretarju tal-Istat John Kerry ta’ din il-mossa.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. L-Izrael ikompli jisfida lill-Gnus Maghquda ghal ma nafx kemm il-darba izda ma tittiehed ebda azzjoni kontra Izrael , bhal sanzjonijiet ! Netanjahu ghandu l-wicc imbaghad jghid li dan il-vot “tal-misthija” !!!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend