“Użajt Twitter biex inwassal l-ilħna tat-tfal ta’ Aleppo” – One News

Notifiki

“Użajt Twitter biex inwassal l-ilħna tat-tfal ta’ Aleppo”

It-tifla Sirjana, Bana Alabed, li ġibdet ħarset id-dinja fuq is-sitwazzjoni f’Aleppo bit-tweets tagħha qalet li kienet tagħmel dan f’isem it-tfal kollha f’Aleppo.

Qalet dan meta ltaqgħet mal-President Tork Erdogan.

Spjegat kif kollox beda meta saqsiet lil missierha biex jiġbed filmat tagħha biswit l-iskola. Wara saqsietu jekk tistax itella’ l-filmat fuq Twitter u aċċetta.  Użajna twitter biex nwasslu l-vuċi tat-tfal f’Aleppo lid-dinja. Għan li tassew kien milħuq tant li s-segwaċi tagħha fuq Twitter żdiedu. Filfatt minn wara it-Tweets beda l-proċess ta’ evakwazzjoni. Anke jekk issa qegħda ‘l bogħod mill-ġlied fis-Sirja, it-tifla stqarret li tħoss in-nuqqas ta’ darha.

Il-memorji li kellha fid-dar u fl-iskola se jibqgħu magħha bit-tama li xi darba jkun assigurat li tista’ tirritorna lura fis-Sirja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend