Notifiki

Vulkan kbir qrib Napli f’periklu li jiżbroffa wara 500 sena

Vulkan kbir li hu meqjus bħala wieħed mill-iktar perikolużi minn madwar id-dinja, li jinsab ftit l-isfel mill-belt Taljana ta’ Napli, qed juri sinjali li jaf jerġa’ jsir attiv.

Dan hekk kif aktarx li l-Campi Flegrei hu viċin li jasal fil-punt li jwasslu biex jiżbroffa għall-ewwel darba f’500 sena, dan skond xjentisti.

Riċerkaturi qalu li l-isplużjoni taf tkun ta’ detrement għat-tliet miljun persuna li tgħix f’dik iż-żona. L-awtoritajiet Taljana għollew il-livell tal-allert minn aħdar għal isfer fl-2012, fejn ġie sostnut li hemm bżonn li jiġi mmonitorjat il-vulkan kbir b’mod konsistenti.

Erba’ snin ilu xjentisti kienu wissew li kwalinkwe splużjoni minn vulkan taf tħalli miljuni mejta li jgħixu qrib jew ‘il fuq mill-vulkan.

Vulkan kbir (supervolcano), joħloq splużjoni ferm ikbar minn meta jiżbroffa vulkan normali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend