Notifiki

Il-mozzjoni ta’ Beppe megħluba

Il-Parlament dal-lejl għeleb mozzjoni tal-Oppożizzjoni  li titlob revizjoni tar-ruling tal-Ispeaker li sab lil Jason Azzopardi ħati ta’ prima facie ksur ta’ privileġġ meta qal li l-Ministru Owen Bonnici gideb lill-Kamra fil-każ tal-kummissjoni li hieħdu Henley & Partners għall-iskema ta’ cittadinanza b’investiment.

Il-vot kien 30 favur il-mozzjoni u 34 kontra.

Meta ressaq il-mozzjoni, id-Deputat Kap tal-Partit Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami qal li r-ruling kien żbaljat u sostna li l-argument tal-iSpeaker kien illoġiku u preċident perikoluż għax Azzopardi kiteb fuq il-midja soċjali u l-kliem sar barra l-Parlament.

Il-każ issa jmur quddiem il-Kumitat tal-Kamra dwar il-Privileġġi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend