Għaż-żmien tal-festi, il-Malta Public Transport se tkun qed topera bi skeda differenti. Dan biex takkomoda kemm liċ-ċittadini u kif ukoll lill-impjegati tal-kumpanija.
Mill-25 ta’ Diċembru, ġifieri fil-Jum tal-Milied, sas-6 ta’ Jannar tal-2017, il-karozzi ta’ tal-linji se jkunu qed joperaw bi skeda li normalment tintuża nhar ta’ Sibt. Filwaqt li nhar ta’ Sibt se tkun qed topera b’mod normali.
Ir-rotot li normalment joperaw matul il-ġimgħa biss, bħal 49, 50 u d-90, xorta waħda se jkunu qed joperaw.
Bħas-snin ta’ qabel, it-trasport pubbliku se jkun qed inaqqas is-servizz tal-operat fil-Milied u fl-Ewwel tas-Sena. Dan hekk kif il-karozzi tal-linji se jkunu qed iwaqfu s-servizz mill-ofsinhar sat-15:00 fejn wara dak il-ħin se jkun qed ikompli b;mod normali.