In-nuqqas ta’ gvernanza tajba kienet TEMA RIKORRENTI fi żmien Jason Azzopardi – jikkonferma l-Awditur Ġenerali – One News

Notifiki

In-nuqqas ta’ gvernanza tajba kienet TEMA RIKORRENTI fi żmien Jason Azzopardi – jikkonferma l-Awditur Ġenerali

Ma kienx biss ir-rapport dwar bini fil-Belt Valletta ippreżentat mill-Awditur Ġenerali lill-Parlament li tefa’ dawl ġdid dwar kif fi żmien amministrazzjoni preċedenti, meta politikament responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet kien hemm Jason Azzopardi, sar negozju mill-gvern b’rabta ma’ xiri u bejgħ ta’ propjetà.

Hemm ukoll il-bini magħruf bħala l-eks fabbrika tal-Lowenbrau f’Ħal Qormi.

Fil-każ ta’ din il-binja, l-Awditur Ġenerali jinnota l-falliment tal-Gvernanza tajba bħala tema rikorrenti. screen-shot-2016-12-19-at-19-00-05

L-Awditur Ġenerali qal li l-mod li bih saret it-talba għall-fidi taċ-ċens u l-mod kif il-kanċellazzjoni tal-kundizzjonijiet fuq l-art f’Ħal Qormi ġiet proċessata mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern, qajjem diversi mistoqsijiet.

Ta’ tħassib kien il-fatt li dan il-proċess beda mingħajr kopja tat-talba fil-file relevanti mid-Dipartiment. L-awtorizzazzjonijiet sussegwenti kienu konklużi f’temp ta’ jumejn, mingħajr konsiderazzjoni xierqa jew konsultazzjoni dwar il-merti tal-każ, fatti li qajmu s-suspett ta’ dan l-Uffiċċju u li tqiesu indikattivi ta’ pressjoni f’dan ir-rigward.

8

Ingħad li l-azzjonijiet tal-uffiċjali tad-dipartiment involuti huma kkunsidrati bħala negliġenti u ta’ tħassib serju għall-Awditur. Dan minbarra li n-nuqqas ta’ dokumentazzjoni u saħansitra l-indħil ta’ persuni terzi.

19

Saħansitra l-Uffiċċju jsostni li l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumaturi wkoll iġorr element ta’ responsabbiltà għal nuqqasijiet serji li seħħew fl-elfejn u tnax.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend