Il-Presidenza tal-U.E mhux importanti għal Busuttil – One News

Notifiki

Il-Presidenza tal-U.E mhux importanti għal Busuttil

Il-Kap tal-Opożizzjoni Simon Busuttil fetaħ front ta’ firda fuq il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja  fejn daħħal il-partiġjanniżmu fuq livell Ewropew.

F’ intervista fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista  Busuttil qal li l-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew, li tiegħu hu membru l-Partit Nazzjonalista, li ser jsir f’ pajjiżna s-sena d-dieħla huwa l-akbar avveniment għall-elfejn u sbatax. Saħansitra qal li se jkun ikbar mill-Presidenza innifisha.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni kompla bl-attakk tiegħu fuq l-impjant tal-Gass f’ Delimara  fejn saħansitra semma l-membri tal-bord tal-Awtorita tal-Ambjent u r-Riżorsi personalment u appellalhom biex jitilqu ‘l barra u ma jivvutawx. Mossa li toħloq pressjoni politika fuqhom jum qabel ma’ jieħdu deċiżjoni dwar l-aħħar permess tal-Powerstation il-ġdida.

F’għeluq l-intervista, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista feraħ bil-flus, li ddeskriva bħala nodfa, miġbura mill-ġbir ta’ fondi. Iżda ma lissen l-ebda referenza għat-tlett miljun ewro miġbura mill-iskema ta’ dejn sigriet taċ-ċedoli introdotta din is-sena.

B’ reazzjoni għall-intervista tal-Kap tal-Oppożizzjoni, il-Partit Laburista innota li minflokk ikkundana l-mod kif kandidtati tal-Partit Nazzjonalista bħal Wayne Hewitt u Salvu Mallia  użaw kliem dispeġattiv u mhux xieraq, fosthom kliem assoċjat ma’ mard biex jiddeskrivu lil dan il-Gvern,Simon Busuttil għażel li juża kelma simili għal dik tal-Kandidat Nazzjonalista Wayne Hewitt li qabbel lill-pajjiżna ma’ Kanċer.

Fid-dawl tad-diskors li jħeġġeġ il-firda ta’ Busuttil, il-Partit Laburista temm jgħid li jagħmel sew il-Kap tal-Oppożizzjoni li jerġa jisma’ l-appell tal-President f’ Jum ir-Reppublika, hekk kif din is-sena se tagħlaq kif bdiet għall-Kap tal-Oppożizzjoni bin-negattivita’, kliem ta’ firda u rabja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend