Notifiki

Iwieġbu għall-inċidenti bil-mistoqsija “jien x’nista’ nagħmel aħjar?”

Fondazzjoni maħsuba biex tqajjem kuxjenza dwar dawk li jsuqu fuq żewġ roti, magħrufa bħala 2  Wheels Foundation, qed twieġeb għall-inċidenti fatali ta’ din is-sena b’iktar ħidma s-sena li ġejja.

F’konferenza tal-aħbarijiet fakkru kif in-numru ta’ fatalitajiet fit-toroq tagħna żdiedu b’rata allarmanti din is-sena, fejn mietu 25 persuna. “Minħabba f’hekk, it- 2 Wheels Foundation, NGO li twaqqfet fl- 2011 bil-għan li tqajjem kuxjenza dwar is-sigurà tas- sewwieqa tal-muturi, issa qed tieħu perspettiva iktar wiegħsa u qed tiffoka fuq is-sigurtà ġenerali fit- toroq. L-iskop tal-Fondazzjoni hu li tqajjem kuxjenza ma kull min juża it-toroq tagħna, kemm jekk huma pedonali, ċiklisti, motoċiklisti, sewwieqa tal-karozzi u t’a vetturi kbar,” qalet il-Fondazzjoni.

Diskussjonijiet ma’ entitajiet relevanti ilhom għaddejjin imma fl- 2017 il Fondazzjoni se tkun qegħda tiffoka attivament fuq kampanja ta’ għarfien dwar is-sigurtà fit-toroq, bil-messaġġ ewlieni jkun ‘Jien x’nista’ nagħmel aħjar?’ Kull min juża it-triq għandu responsabbilità lejn ħaddieħor u lejh innifsu. Jekk kull min juża it–toroq jieħu dan l-aproċċ meta jkun qed jopera vettura jew inkella jimxi fit-triq, dan izid il-kuxjenza u attitudni pożittiva biex kulhadd ikollu esperjenzi iktar siguri fit-toroq.

It-temi ewlenin li l-Fondazzjoni se tkun qed taħdem attivament fuqhom huma:

Sigurtà fit-toroq 

Hu meħtieġ li dawk kollha li jużaw it-toroq jagħrfu ir-responsabbiltajiet tagħhom  skond il-Highway Code. Huwa wkoll importanti li s-sewwieqa kollha jispezzjonaw il-vetturi tagħhom biex jaraw li m’humiex ta’periklu.

L-indirizzar tal-problema tat-traffiku billi jiżdiedu l-użu tal-muturi

Fl 2015 il-Gvern introduċa inċentiv fil-Baġit biex jinkoraġġixxi l-użu tal-muturi għax għaraf li dan jista’ jnaqqas mill-problema  tat-traffiku. Hu stmat li jekk 10% tas-sewwieqa tal-karrozzi jibdew jużaw muturi, it-traffiku jonqos b’40%. Biex jintlaħaq dan il-għan hemm bżonn li jkun hemm iktar sigurtà għas-sewwieqa tal-muturi u li tingħeleb il-perċezzjoni żbaljata li l-muturi huma perikolużi; jiġi pprovdut parkeġġ addattat għall-muturi billi jintużaw spazji li ma jistgħux altrimenti jiġu użati għall-parkeġġ għall-karozzi minħabba  ċertu restrizzjonijiet; regolamenti fuq assikurazzjoni tal-muturi biex il-premiums ma jkunux daqshekk għoljin, jew saħhansitra rrifjutati.

Appell għas-sigurtà permezz ta infurzar kontra sewqan perikoluż

Il-Fondazzjoni ser tkun qegħda tagħmel pressjoni biex ikun hemm iktar infurzar għall-vjolazzjonijiet waqt is-sewqan; awtoritajiet pajżana li jiffiltraw it-traffiku u jinfurzaw regoli bħall-użu ta’ mowbajls u affarijiet oħra li jafu jkunu perikolużi waqt is-sewqan. Il-Fondazzjoni ser tkun qed taħdem ukoll għall-iktar Pulizija tat-Traffiku u l-provvediment ta’ BodyCams għall-Forzi dixxiplinarji.

Periklu infrastrutturali

Il-Fondazzjoni ser tkun qed tiddiskuti mal-awtoritajiet relevanti kif ukoll mar-Road Safety Council biex ikun hemm ċertu titjib fit-toroq tagħna. Il-fok prinċipali għall-ewwel se jkun: side barriers; ‘speed bumps’ mhux immarkati sew; iktar indafa fit-toroq u inqas materjal kontaminat, tiswijiet aħjar fit-toroq, marki fl-art li jiżolqu u pjanċi fit-toroq.

Din il-ħidma ser tiġi mwassla permezz ta’ programmi fuq it-televiżjoni u r-radju u kif ukoll permezz tal-midja soċjali. Il-Fondazzjoni ser tkompli tingaġġa mal-entitajiet ikkonċernati li għandhom ir-responsabbilità jew l-interess li jnaqqsu l-inċidenti fit-toroq tagħna. Minn naħa l-oħra, aħna bħala utenti tat-triq għandna nistaqsu lilna nfusna “Jien x’nista’ nagħmel ahjar biex intejjeb is-sigurtà fit-triq?”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend