Aleppo: Jintlaħaq ftehim ġdid… tkompli l-evakwazzjoni – One News

Notifiki

Aleppo: Jintlaħaq ftehim ġdid… tkompli l-evakwazzjoni

Se tkompli l-evakwazzjoni t’għadd ta’ persuni maqbuda f’Aleppo s-Sirja u dan wara li ntlaħaq ftehim ġdid.

Aħbar li kienet żvelata mill-gvern u r-ribelli tul il-jum tas-Sibt. Eluf ta’ persuni qed jittamaw li jitilqu minn Aleppo mill-iktar fis possibli wara li fl-aħħar ġimgħat komplew l-avvanzi tal-forzi tal-gvern ta’ Assad.

Il-ftehim jinkludi wkoll eluf ta’ persuni li huma maqbuda f’żewġt ibliet li qegħdin f’idejn ir-ribelli u tnejn oħra li għadhom leali lejn il-gvern ta’ Assad. Huwa stmat li minn tal-inqas sitt t’elef persuna f’Aleppo telqu minn Aleppo madanakollu l-evakwazzjoni waqfet nhar il-Ġimgħa.

Filfatt inħolqot konfużjoni hekk kif l-evakwazzjoni li kienet għaddej l-ġimgħa filgħodu ntemmet ħesrem. Il-gvern qal li r-ribelli fetħu n-nar fuq il-konvoj li qed jasal fl-istess li r-ribelli qalu li kienu l-forzi tal-gvern li għamlu dan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend