Għaddew iktar fl-‘O Levels” u n-nisa b’iktar ‘one’ – One News

Notifiki

Għaddew iktar fl-‘O Levels” u n-nisa b’iktar ‘one’

Fl-eżamijiet taċ-ċertifikat ta’ edukazzjon sekondarja (SEC) magħrufa b’mod iktar popolari bħala l-‘O Levels’ kien hemm iktar studenti li għaddew.

Dan meta jkunu kkunsidrati s-suġġetti ewlenin tal-Ingliż, il-Malti u l-Matematika. Jekk nikkonsidraw minn grad wieħed sa ħamsa (dawk li jitolbu istituzzjonijiet edukattivi bħal Junior College) 70.7% għaddew mill-Ingliż, 72.5% għaddew mill-Malti u 59% għaddew mill-Matemarika.

Jirriżulta li fost l-istudenti li twieldu fis-sena 2000 kien hemm 33.3% li kisbu grad ta’ ħamsa jew aħjar f’disa’ suġġetti jew saħansitra iktar. Hawn kien hemm tnaqqis fuq is-sena ta’ qabel.

Fil-maġġoranza assoluta tas-suġġetti kienu n-nisa li ġabu l-iktar grad wieħed, li hija l-iktar marka għolja. Kienu nofs l-istudenti (49.4%) li kisbu biżejjed biex jgħaddu għal Junior College jew xi istituzzjoni oħra magħrufa bħala s-sixth form. L-aħjar riżultat sa mis-sena 2004.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend