Notifiki

Kif se taffettwak il-Presidenza

Matul il-Presidenza tista’ żżomm ruħek aġġornat permezz ta’ blog uffiċjali – pjattaforma ta’ midja diġitali li hi aċċessibbli mis-sit tal-Presidenza.

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg, spjega li dan il-blog huwa kanal importanti ta’ komunikazzjoni li qed jintuża mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE biex iqarreb l-UE lejn iċ-ċittadini tagħha.

Il-Malta-EU Steering & Action Committee (MEUSAC) ġie fdat bil-koordinazzjoni ta’ dan il-blog. Il-MEUSAC involva numru ta’ esperti, opinjonisti u akkademiċi biex jipprovdu kontribuzzjonijiet regolari dwar kwistjonijiet politiċi li se jiġu diskussi waqt il-mandat ta’ Malta fit-tmexxija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kap tal-MEUSAC, Dr Vanni Xuereb, iddikjara li l-MEUSAC huwa impenjat bis-sħiħ biex jintensifika l-irwol tiegħu li jikkomunika infomazzjoni dwar kwistjonijiet tal-UE. Matul il-Presidenza, u fid-dawl tad-dibattitu dwar il-futur tal-UE wara Brexit, il-MEUSAC huwa ħerqan ukoll li jikkoordina il-blog, u b’hekk iservi bħala pjattaforma għall-espressjoni ta’ opinjonijiet differenti minn personalitajiet ewlenin f’Malta.

Il-kontenut kollu li jittella’ fuq il-blog se jkun ukoll fuq il-midja soċjali ta’ Facebook u Twitter tal-Presidenza tal-UE, biex ikun hemm aktar involviment tal-pubbliku ġenerali.

Tista taċċessa l-blog minn fuq il-website uffiċjali www.eu2017.mt

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend