Ftehim biex ikun evakwat Aleppo jerġa’ jidħol fis-seħħ – One News

Notifiki

Ftehim biex ikun evakwat Aleppo jerġa’ jidħol fis-seħħ

Ftehim biex tkun evakwata l-aħħar parti fil-Lvant t’Aleppo li kienet okkupata mir-ribelli reġa’ jinsab fis-seħħ. Dan intqal mill-ġellieda tal-oppożizzjoni, jum wara li l-ftehim preċedenti falla.

 Ġellieda ribelli u nies ċivili fil-belt Sirjana kellhom ikunu evakwati kmieni l-Erbgħa, iżda l-ftehim ma kienx onorat.

 Gruppi tar-ribelli qalu tard l-Erbgħa li l-evakwazzjonijiet se jsiru fis-sigħat bikrin tal-Ħamis filgħodu.

 Madanakollu, għad ma kienx hemm konferma s’issa la mill-gvern Sirjan u lanqas mill-ikbar alleat tagħha r-Russja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend