Tal-Crane Currency jibdew bix-xogħol f’Ħal Far – One News

Notifiki

Tal-Crane Currency jibdew bix-xogħol f’Ħal Far

Il-Prim Ministru żar is-sit f’Ħal Far fejn se tinbena l-fabbrika ‘state of the art’ tal-kumpanija Crane Currency. Hemm deher biċ-ċar li  mill-21 ta’ Settembru, il-jum li kien iffirmat il-ftehim mal-Gvern Malti biex din il-kumpanija tiġi Malta ma qatgħet xejn il-ħidma biex il-ħolma ssir realtà mill-iktar fis.

Għal ċerimonja simbolika li mmarkat il-bidu tax-xogħol attendew l-ogħla uffiċjali tal-kumpanija Amerikana u anke l-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti għall-pajjiżna.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Crane Currency tkellem b’ottimiżmu dwar kif mexjin l-affarijiet u l-mod pożittiv li bih intlaqa’ l-investiment ta’ mitt miljun ewro u li se jfisser mijiet ta’ impjiegi.

Il-Prim Ministru qal li dan huwa sinjal ċar tal-fiduċja f’pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend