Is-sena li għaddiet il-kummerċ bejn Malta u ċ-Ċina laħħaq il-€260 miljun. Ammont li ra żieda fuq is-sena ta’ qabel kemm fl-importazzjoni u l-esportazzjoni.
Minkejja li dawn in-numri mhux żgħar, il-potenzjal ta’ kummerċ għad għandu lok li jikber.
Għaldaqstant fil-binja tal-Kamra tal-Kummerċ ġie ffirmat ftehim bejn il-Kamra tal-Kummerċ Maltija u ċ-China Foreign Trade Centre.
Ftehim bil-għan li jkompli jsaħħaħ il-kollaborazzjonijiet u l-opportunitajiet bejn iż-żewġ entitajiet.
Fl-istess waqt kienet promossa il-121 edizzjoni tal-fiera Canton li ssir fiċ-Ċina.
Din hija l-ikbar fiera fiċ-Ċina, imqassma fuq 1.1miljun metru kwadru, u li s-sena li għaddiet sarrfet f’kummerċ ta’ $27.9 biljun.
Din qed tkun preżentata bħala opportunità biex negozji Maltin jespandu l-orizzonti tagħhom u jħarsu lejn iċ-Ċina bħala suq importanti li lejh jistgħu jesportaw.