Qabel taqra l-artiklu, aħseb f’hairdresser famuż jew famuża – One News

Notifiki

Qabel taqra l-artiklu, aħseb f’hairdresser famuż jew famuża

Vidal Sassoon, Trevor Sorbie, Charles Worthington – dawn huma ftit biss mill-ismijiet kbar fejn jidħol il-hairdressing. Huma kollha irġiel.

Fatt stramb li qabad miegħu il-BBC, f’artiklu fejn jinnota li 88% ta’ din l-industrija hi magħmula minn nisa.  Allura għaliex ftit li xejn nisimgħu bi stilisti tax-xagħar nisa li saru famużi?

Karine Jackson hija l-kanċillier tal-Fellowship of British Hairdressers. Temmen li din hija mistoqsija li tiswa mitqlu deheb. Tikkonkludi li n-nisa ma jiftaħrux biżżejjed bix-xogħol tagħhom, daqs kemm jagħmlu l-irġiel.

Dan jirrifletti anke fejn jidħlu l-għażliet għal premji prestiġjużi, bħal British Hairdresser of the Year fil-British Hairdressing Awards.

Mhux talli 88% ta’ dawk fl-industrija huma nisa, talli 79% tas-sidien ta’ ħwienet tax-xagħar huma nisa.

Hawn Malta nistgħu ngħidu l-istess? F’eżerċizzju ta’ brainstorming fil-kamra tal-aħbarijiet, staqsejna min jaħsbu li huma l-aktar stilisti tax-xagħar famużi hawn Malta. Sħabna l-ġurnalisti semmew lil Karl Brincau, Dean Gera, Mark Stafrace, Toni & Guy, Antonio Barbara. Imma mbagħad meta staqsejna lil kull wieħed jekk dak li jagħmlilhom xagħarhom hux raġel jew mara, kollha qalu li mara.

 L-editriċi tal-Hairdressers Journal, Ruth Hunsley, qalet mal-BBC li minkejja li l-iktar 20% tal-istilisti famużi huma irġiel, dan spiss ifisser li dawn l-irġiel jidhru fuq it-televiżjoni imma jkollom ammont ta’ nisa jaħdmu għalihom minn waral-kwinti. Ħafna mill-imsieħba fin-negozju huma nisa.

L-artiklu jaċċenna għall-bżonn li jkun hemm aktar nisa li jservu ta’ eżempju fid-dinja tal-hairdressing. Stilista tax-xagħar ta’ 53 sena bl-isem ta’ Kerry Hayden għandha 35 sena esperjenza fil-qasam. Mal-BBC qalet li l-attenzjoni spiss tkun fuq xagħar il-mara…u ħafna nisa jippreferu li xagħarhom jaħdem fuqu raġel. Mhux eskluż li r-raġuni hija li jippreferu kumpliment ġej minn mara milli minn raġel.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend